L-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood tkellem dwar il-possibbilta’ li jkollu miegħu lill-eks kollega tiegħu Paul Pogba ma’ Olympique Marseille. Dan tal-aħħar mistenni jirritorna għal-logħob wara li tkun għaddietlu s-sospensjoni tad-doping xahrejn oħra u f’dawn il-jiem kien hemm kuntatti mal-aġent tal-plejer sabiex wieħed jara x’se tkun it-triq ‘il quddiem.
Greenwood qal li jiftakar sew iż-żmien meta Pogba kien jilgħab mar-Red Devils u jixtieq ħafna li jerġa’ jingħaqad miegħu.