Monday, July 27, 2026
Home Sport Radja Nainggolan arrestat minħabba traffikar ta’ droga

Radja Nainggolan arrestat minħabba traffikar ta’ droga

0
93

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Belġjan Radja Nainggolan kien arrestat it-Tnejn filgħodu fi Brussell u qed jiġi akkużat bi traffikar tad-droga.

L-eks midfielder ta’ AS Roma u Inter qed jiġi investigat fuq allegat importazzjoni tad-droga kokaina mill-Amerika t’Isfel għall-Ewropa, bil-kunsinja li kellha tasal fil-belt ta’ Antwerp fil-Belġju stess.

L-istess pulizija għamlet raid fi 30 dar f’Antwerp stess u Nainggolan kien wieħed minn dawn.