Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Massimiliano Allegri kien involut f’argument ma’ sitt players tiegħu ta’ Juventus.
Allegri ġarrab bidu diżappuntanti għat-tieni perjodu tiegħu f’Turin b’Juventus jiġbru biss 15-il punt mill-ewwel 11-il logħba tagħhom fis-Serie A.
L-aħħar telfa tagħhom waslet kontra Hellas Verona, bl-iskor ta’ 2-1 li ħalliet lit-team ta’ Allegri fid-disa’ pożizzjoni u 16-il punt ‘il bogħod mil-leaders Napoli.
Il-frustrazzjoni wara t-tisfira finali rat lil Allegri mhux kuntent bil-midfield u l-attakk.
Huwa mifhum li ħuwa kien involute f’argument jaħraq ma’ Adrien Rabiot, Dejan Kulusevski, Rodrigo Bentancur, Alvaro Morata, Moise Kean u Arthur.
Juventus kienu tilfu wkoll kontra Sassuolo aktar kmieni matul il-ġimgħa, bil-Bianconeri issa jinsabu mingħajr rebħa fi tliet logħbiet domestiċi qabel il-partita taċ-Champions League tat-Tlieta kontra Zenit St Petersburg.