Monday, April 22, 2024

Jindarab gravi wara li ċeda saqaf bih f’Tas-Sliema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu biex jassistu ħaddiem li ndarab waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tas-Sliema. 

Talk.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 a.m. meta ħaddiem allegatament safa maqbud taħt it-tiġrif ta’ parti minn saqaf li ċeda. 

Il-ħaddiem kellu jitniżżel permezz ta’ tower ladder li ntrama apposta mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel midrub sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li huwa kien sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport