Wednesday, April 24, 2024

Marco Asensio jattira ħames clubs differenti

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Real Madrid, Marco Asensio qed jiġbed l-attenzjoni minn ħames clubs differenti qabel l-2022.

B’injury fl-irkoppa li llimitat il-progress tiegħu fil-Bernabeu, il-player ta’ 25 sena m’għadux meqjus bħala ċertezza fl-ewwel 11 tal-Madrileni.

L-Ispanjol kien ristrett għal tliet partiti mill-bidu biss u tmien ħarġiet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, li inevitabbilment wassal għal spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu.

Liverpool, Arsenal, AC Milan, Juventus u Borussia Dortmund jingħad li huma kollha ħerqana li jagħtu bidu ġdid lil Asensio f’kampjonat differenti.

Il-playmaker fadallu biss 20 xahar fil-kuntratt tiegħu u ftit jidher li hemm ċans li jiġu ffirmati termini ġodda fil-futur.

Sport