Sunday, September 8, 2024

Massimiliano Allegri jappella lill-partitarji biex jibqgħu wara l-plejers ta’ Juventus

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri talab lill-partitarji tat-tim sabiex jibqgħu wara l-plejers tiegħu f’dan il-mument xejn sabiħ li għaddejjin minnu.

I Bianconeri tilfu jumejn ilu kontra Lazio fi Stadio Olimpico hekk kif Adam Marusic ta r-rebħa lill-Biancocelesti proprju fit-93 minuta tal-logħba.

Juventus kisbu biss seba’ punti minn disa’ partiti u saħansitra tilfu t-tieni post tal-klassifika meħud issa minn AC Milan.

Allegri, li qed jiġi kkritikat mill-istess partitarji li qed iħeġġuh biex jirriżenja, qal li l-plejers tiegħu jriduhom mhux biss fil-bnazzi iżda wkoll fil-maltemp.

Ekonomija

Sport