Wednesday, July 24, 2024

Francesco Calzona diżappuntat wara t-telfa qarsa kontra Atalanta

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Napoli Francesco Calzona kien ferm iddiżappuntat bil-wirja tal-plejers tiegħu hekk kif jumejn ilu tilfu l-konfront dirett kontra Atalanta 3-0. Hu qal li din it-telfa li sofrew fi Stadio Diego Armando Maradona kienet waħda kerha fejn ammetta li l-plejers tiegħu kienu neqsin mill-grinta u tilfu l-pussess tal-ballun ferm malajr bl-avversarji jikkastigaw għal tliet darbiet.

Calzona, li sar it-tielet kowċ li ngħaqad mal-Partenopei sa mill-bidu tal-istaġun, qal li issa l-plejers tiegħu jridu jqumu għall-okkażjoni u jippruvaw jirbħu l-logħbiet kollha li għandhom sabiex iżommu t-tamiet Ewropej tagħhom ħajjin.

Ekonomija

Sport