Thursday, December 19, 2024

Massimo Cellino se jirriżenja minn president ta’ Brescia?

Aqra wkoll

Il-president tant kontroversjali ta’ Brescia Calcio Massimo Cellino hu ferm viċin li jirriżenja minn din il-kariga. Bħalissa dan tal-aħħar għaddej minn inkjesta maġisterjali tant li ġie ordnat li jsir sekwestru ta’ €59 miljun.

Barra minn hekk, il-partitarji ta’ Brescia xejn ma jniżżlu lil dan il-president li kulfejn mar dejjem ħoloq problemi. 

Fil-verita’, Cellino kien diġa’ lest biex jirriżenja fil-bidu ta’ dan ix-xahar iżda kienu l-kunsilliera tal-klabb li ma ħallewhx jagħmel hekk. 

Madankollu, kull ma jmur iktar hemm ċans li din l-aħbar issir realta’.

Ekonomija

Sport