Friday, May 3, 2024

Tennis: Rafael Nadal jitlef f’Turin kontra d-debuttant Taylor Fritz

Aqra wkoll

Iċ-ċansijiet li t-tennista Spanjol Rafael Nadal jispiċċa s-sena bħala seed numru wieħed ħadu daqqa ta’ ħarta wara li fl-ATP Finals li saru f’Turin hu ġie megħlub mid-debuttant Taylor Fritz . 

Nadal beda dan it-turnament b’elf punt inqas mill-Ispanjol l-ieħor Carlos Alcaraz li se jkollu jibqa’ barra minħabba li jinsab muġugħ.

Sadanittant Nadal jilgħab it-tieni logħba tal-grupp kontra Felix Auger-Aliassime bit-tama li jirritorna għar-rebħ f’dan it-turnament prestiġjuż.

Sport