Friday, December 27, 2024

MasterChefTM f’Malta!

L-applikazzjonijiet issa huma miftuħa – applika issa fuq masterchefmalta.net

Aqra wkoll

Il-fenomenu kulinari li jara udjenzi kbar madwar id-dinja wasal biex jagħmel id-debut tiegħu fuq it-televiżjoni Maltija.

MasterChefTM Malta, ibbażat fuq is-serje rinomata tal-BBC, se jibda jiġi mxandar fi Frar 2024, u jiggarantixxi festa ta’ kreattività kulinari u sfidi intensi fil-qasam tal-gastronomija.

Mifrux fuq 13-il ġimgħa, din l-edizzjoni Maltija ta’ MasterChef, se tkun qed twassal vjaġġ kulinarju sensazzjonali li qatt ma rajna bħalu fuq it-televiżjoni Maltija.

Sal-lum, MasterChefTM jixxandar fi 58 pajjiż madwar id-dinja, bi 300 miljun telespettatur. Issa, Malta se tingħaqad ma’ dawn il-pajjizi li juru din il-kompetizzjoni prestiġġjuża tat-tisjir fuq it-televiżjoni.

It-tim wara l-produzzjoni ta’ MasterChefTM huwa greatt – li huma wkoll l-imħuħ kreattivi wara s-suċċessi televiżivi Shark Tank Malta, Malta’s Got Talent, X Factor Malta kif ukoll The Voice Kids.

MasterChefTM Malta se jixxandar fuq TVM. L-udjenza se jkolla l-opportunità li ssegwi l-eċitament u d-‘drama’ li dan il-program sar sinonimu magħhom. Matul il-programm, il-kontestanti se jgħaddu minn sensiela ta’ provi maħsuba biex jittestjaw il-ħila kulinari tagħhom permezz ta’ diversi sfidi, sakemm jaslu għall-finali.

Kok wieħed biss se joħroġ rebbieħ, u jikseb il-premju f’ forma ta’ għotja, it-trofew prestiġġjuż ta’ MasterChefTM, u t-titlu tant mixtieq ta’ ‘MasterChefTM Malta’.

MasterChefTM Malta se jkun l-avveniment kulinari tas-sena.

Titlifx iċ-ċans li tara dan il-program esklussivament fuq TVM minn Frar 2024.
© 2023 Endemol Shine Group B.V Endemol Shine, MasterChef u l-logo ta’ MasterChef huma ‘trademarks’ reġistrat ta ‘Endemol Shine Group BV u użat taħt liċenzja. Id-drittijiet huma kollha riżervati.

MasterChef huwa bbażat fuq il-format oriġinali ta’ Franc Roddam u huwa prodott lokalment minn greatt Company limited għal PBS, taħt liċenzja minn Endemol Shine Group BV u f’assoċjazzjoni ma’ Ziji Productions Limited.

Ekonomija

Sport