Saturday, December 21, 2024

Mat-€3 biljun f’bejgħ ta’ proprjetà fl-2020 minkejja l-pandemija … aktar mill-2019

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qalet li l-industrija tal-proprjetà fl-aħħar xhur irnexxielha taqbeż l-aspettattivi li ma tiħux daqqa ta’ ħarta kawża tal-pandemia, iżda grazzi għall-inċentivi tal-gvern, l-industrija ħalliet miljuni f’taxxi fl-ekonomija Maltija.

Fi stqarrija maħruġa, l-MDA qalet li l-ewwel statistika turi li bejn Jannar u Diċembru 2020, is-suq Malti tal-proprjetà rreġistra 13,867 konvenju, b’total ta’ bejgħ ta’ iktar minn € 3 biljun.

Dan ir-riżultat huwa aħjar minn dak tas-sena preċedenti, fejn fl-2019 ġew irreġistrati 13,243 konvenju.

Intqal li l-istatistika turi li Diċembru li għadda kien l-aqwa wieħed mill-2017, fejn il-valur tal-bejgħ kien mat-€382 miljun.

Ekonomija

Sport