Wednesday, July 24, 2024

Pajjiżi fl-UE frustrati minħabba ttardjar f’konsenji tal-vaċċin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Numru ta’ pajjiżi qegħdin iressqu l-ilmenti u l-frustrazzjoni tagħhom għall-fatt li qed ikun hemm ittardjar fit-tqassim ta’ konsenji tal-vaċċin ta’ Pfizer. Sitt pajjiżi  qalu li s-sitwazzjoni hija “inaċċettabbli” u ħeġġu lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel pressjoni filwaqt li wissew li dan l-ittardjar qed inaqqas il-kredibbilità tal-proċess tat-tilqim.

Il-kumpanija min-naħa tagħha qalet li dan l-ittardjar huwa riżultat ta’ titjib li qed isir fil-proċess tal-manifattura bil-ħsieb li jkun hemm qabża fil-produzzjoni. Pfizer tenniet li minkejja li dan il-proċess se jkun qiegħed iħalli impatt negattiv fuq il-konsenji li kellhom jintbagħtu lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar u l-bidu tax-xahar li ġej, din il-ħidma se twassal għal żieda sinnifikanti fid-dożi li se jkunu disponibbli bejn it-tieni nofs ta’ Frar u Marzu.

Ekonomija

Sport