Saturday, November 30, 2024

Il-każi ġodda jkomplu jiżdiedu … 175 każ ġdid… Ifiqu 67 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,293 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 175 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 67 persuna li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi naqas bi ftit  għal 2,749.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mill-każi reġistrati lbieraħ kien hemm 49 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom li kienu diġà pożittivi, 15-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 12-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuna oħrajn pożittivi, u 15-il każ minn attivitajiet soċjali.

Sport