L-attakkant internazzjonali Taljan Mateo Retegui ma jinsabx f’kundizzjoni fiżika tajba tant li l-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Luciano Spalletti qed jistenna aħbarijiet mingħandu qabel l-impenji kontra Malta u l-Ingilterra l-ġimgħa d-dieħla.
Retegui kien għaddej tajjeb mal-klabb tiegħu Genoa iżda l-aħħar konfront li kellu kellu joħroġ mill-grawnd.
Skont il-bullettin mediku, Retegui qed iħoss uġigħ f’irkoppa x-xellugija u probabbilment ikun mistrieħ għall-konfront kontra Milan fi tmiem il-ġimgħa li ġej.