Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Kronaka Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun

0
314
Ritratti: Talk.mt

Anzjan kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:40 a.m., intlaqat minn vettura fi Triq Victor Tedesco, il-Ħamrun.

Kelliem għall-Pulizija kkonfermalna din l-informazzjoni u spjegalna kif vettura Chevrolet, li kienet ipparkjata għan-niżla fit-triq, għal xi raġuni tħarrket waħidha u laqtet żewġ vetturi oħra – Toyota u Skoda li kienu pparkjati fil-madwar.

Fl-istess ħin, anzjan ta’ 81 sena residenti Santa Venera ntlaqat ukoll minn din il-vettura u kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika fejn aktar tard irriżulta li sofra ġrieħi gravi. Eventwalment, il-karozza spiċċat ġo ħajt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…