Wednesday, November 6, 2024

Ħabta bejn żewġ vetturi fil-Mellieħa … żagħżugħa fil-periklu tal-mewt wara li nqabdet bejniethom

Aqra wkoll

Żagħżugħa tinsab fil-periklu tal-mewt wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:15 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Għajnsielem. Fil-ħin tal-impatt, żagħżugħa ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ weġġgħet wara li nqabdet bejn iż-żewġ vetturi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport