Tuesday, December 24, 2024

Matheus Nunes ma jinżilx għat-taħriġ ma’ Wolves għax irid jingħaqad ma’ Man City

Aqra wkoll

Il-midfielder tal-Wolves Matheus Nunes se jiġi mmultat wara li tilef it-taħriġ fit-tentattiv biex jassigura t-trasferiment tiegħu lejn Manchester City.

Il-leaders tal-Premier League kellhom offerta ta’ £47 miljun għall-player internazzjonali tal-Portugall ta’ 25 sena rifjutata l-ġimgħa li għaddiet.

Madankollu, Wolves qed jistennew offerta mtejba qabel l-iskadenza tat-trasferimenti tal-Ġimgħa filgħaxija.

Nunes ma attendiexx taħriġ tal-Ħadd u tat-Tnejn u ma kellux permess biex ikun assenti mill-manager Gary O’Neil.

Huwa mifhum li Wolves iridu aktar minn £60 miljun għal Nunes, li għamilha ċara li jrid jingħaqad mat-team immexxi minn Pep Guardiola.

Il-club mill-Midlands iffirma lill-player b’kuntratt ta’ ħames snin fis-sajf li għadda, u ħallas somma rekord ta’ £38 miljun lil Sporting Lisbon.

Nunes kien figura ewlenija matul it-tieni nofs tal-istaġun li għadda hekk kif Wolves evitaw ir-relegazzjoni u spiċċaw fit-13-il post tal-klassifika.

Ekonomija

Sport