Sunday, November 10, 2024

Mathias Pogba akkużat b’kumplott kontra ħuh Paul

Aqra wkoll

Mathias Pogba ġie mixli u miżmum fuq allegat kumplott ta’ estorsjoni ta’ flus mingħand ħuh Paul, il-midfielder ta’ Franza u Juventus.

Erba’ persuni oħra tqiegħdu wkoll taħt investigazzjoni formali għal estorsjoni u assoċjazzjoni kriminali, qalu sorsi ġudizzjarji lill-aġenziji tal-aħbarijiet.

L-avukat ta’ Mathias Pogba, Yassine Bouzrou, qal li l-klijent tiegħu huwa innoċenti. Huwa qal: “Aħna se nikkontes­taw din id-deċiżjoni.”

Mathias Pogba, 32 sena, ammetta li kien wara filmat li deher online x-xahar li għadda jwiegħed “rivelazzjonijiet” dwar il-midfielder ta’ 29 sena.

Il-prosekuturi Franċiżi fetħu investigazzjoni ġudizzjarja aktar kmieni dan ix-xahar wara li l-eks ta’ Manchester Uni­ted, Paul, qal li kien fil-mira ta’ estorsjoni u theddid minn gang organizzat.

Huwa ressaq ilment mal-prosekuturi ta’ Turin fis-16 ta’ Lulju fejn sostna li kien fil-mira ta’ komplott ta’ rikatt ta’ €13-il miljun.

Sport