Friday, September 30, 2022

Serie A: Udinese fil-quċċata b’rebħa fuq Inter

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Udinese telgħu fil-quċċata tal-klassifika (għall-inqas b’mod temporanju) meta laqgħu lil Inter u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jżommu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuq.

Inter kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss ħames minuti huma fetħu l-iskor minn ġmiel ta’ freekick ta’ Nicolo Barella.

Iżda, fit-22 minuta, il-Friulani kisbu d-draw minn auto-goal ta’ Milan Skriniar li ddevja l-freekick ta’ Roberto Pereyra fix-xibka tiegħu stess.

Fil-35 minuta, in-Nerazzurri kienu sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta d-daqqa ta’ ras ta’ Denzel Dumfries ħabtet mal-mimduda. Imbagħad fil-55 minuta Edin Dzeko kellu goal ġustament imħassar għal pożizzjoni ta’ offside.

Madankollu, sitt minuti mit-tmiem kienu Udinese li marru fil-vantaġġ meta Jaka Bijol ikkonkluda bir-ras mill-corner ta’ Gerard Deulofeu.

U filwaqt li Inter ippruvaw jagħmlu reazzjoni biex isalvaw il-partita, fit-tielet minuta tal-ħin miżjud il-Friulani ssiġillaw ir-rebħa meta f’kontrattakk veloċi, Deulofeu xeħet cross b’Tolgay Arslan jinqata’ minn mal-art u bir-ras jegħleb lil Samir Handanovic.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Delicious

Sport