Floriana FC ħabbru li l-midfielder Matias Nicolas Garcia irċieva formalment il-passaport Malti tiegħu permezz tal-programm taċ-ċittadinanza skond il-mertu.
Garcia kien inkluż fl-iskwadra proviżorja għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Venezwela u l-partiti tal-UEFA Nations League kontra San Marino u l-Estonja. Għalhekk il-midfielder imwieled l-Arġentin jista’ jiddebutta nhar l-Erbgħa fil-logħba kontra l-Venezwela.
Fi stqarrija, il-club qal li: “Huwa tassew unur li jkollok player daqshekk professjonali, eżemplari u dedikat eliġibbli biex jirrappreżenta mhux biss lill-club tagħna, iżda issa wkoll lil pajjiżna.”