Saturday, May 18, 2024

“M’għandhom l-ebda ċans… se nerbħu żgur, nibnu mill-ġdid u nġibu lura l-ħajja fl-Ukrajna”

Zelensky iżur it-truppi fir-reġjun ta’ Kharkiv fl-ewwel vjaġġ uffiċjali tiegħu barra r-reġjun ta’ Kyiv

Aqra wkoll

Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky żar it-truppi fir-reġjun ta’ Kharkiv fl-ewwel vjaġġ uffiċjali tiegħu barra r-reġjun ta’ Kyiv minn meta bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar.

Huwa deher liebes ilbies protettiv hu u josserva l-ħsarat estensivi li sofriet il-belt ta’ Kharkiv.

Zelensky qal lis-suldati, “Irrid nirringrazzja lil kull wieħed minnkom għas-servizz tagħkom”. Aktar tard huwa keċċa lill-kap tas-sigurtà lokali talli “ma ddefendiex” il-belt.

Fl-aħħar jiem, ir-Russja reġgħet bdiet tattakka din it-tieni l-akbar belt Ukrena li ffaċċjat bumbardament qawwi fl-ewwel xhur tal-gwerra.

It-truppi Ukreni reġgħu bdew jieħdu r-riedni gradwalment mill-ibliet tal-madwar matul April u Mejju, u dan wassal biex xi wħud li kienu ħarbu minn Kharkiv jirritornaw, u s-servizz tal-metro reġa’ beda jaħdem għall-ewwel darba mill-invażjoni.

L-uffiċċju tal-President Zelensky xerred filmat ta’ xeni mill-post b’deskrizzjoni: “2,229 binja ġew meqrudin f’Kharkiv u r-reġjun. Aħna se nirrestawraw, nibnu mill-ġdid u nġibu lura l-ħajja. F’Kharkiv u fil-bliet u fl-irħula l-oħra kollha fejn ġie l-ħażen”.

Intant Zelensky saħaq li għalkemm r-Russi ħasbu li se tkun gwerra oħra, s’issa sippost fehmu li aħna se niddefendu artna sal-aħħar suldat. M’għandhom l-ebda ċans. Se niġġieldu u nerbħu żgur”.

Sport