Tuesday, May 14, 2024

Matteo Guendouzi se jingħaqad uffiċjalment ma’ Marseille

Aqra wkoll

Matteo Guendouzi se jingħaqad uffiċjalment ma’ Marseille mingħand Arsenal bi ftehim permanenti fi tmiem l-istaġun.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena tilef il-fiduċja ta’ Mikel Arteta wara kwistjonijiet dixxiplinari u ntbagħat b’self mat-team immexxi minn Jorge Sampaoli – inizjalment misluf – wara li ġie ffriżat barra mill-iskwadra ta’ Arsenal.

Minn dakinhar Guendouzi sar player integrali tal-ewwel 11 ta’ Marseille fl-isfida tagħhom biex jiksbu post fiċċ-Champions League, u rreġistra tliet goals u 11-il assist fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Minħabba li Guendouzi issa għamel 38 dehra ma’ Les Olympiens, il-president Pablo Longoria ikkonferma li l-klawsola tax-xiri għall-midfielder ġiet attivata.

Guendouzi se jiffirma kuntratt permanenti mal-club Franċiż sas-sajf tal-2025 u se jirritorna f’pajjiżu b’mod permanenti erba’ snin wara li telaq minn ma’ Lorient biex jingħaqad ma’ Arsenal.

L-ex player ta’ Paris Saint-Germain se jħalli lil Arsenal wara li skorja goal u pprovda ħames assists mal-Gunners fi 82 partita minn mindu ġie ffirmat minn Unai Emery.

Sport