Monday, May 20, 2024

Matteo joħroġ mill-ITU wara jiem jissielet għal ħajtu

Aqra wkoll

Matteo Grima, iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena li nhar l-24 ta’ April li għadda spiċċa jissielet għal ħajtu wara li ttajjar fir-Rabat, ħareġ mill-ITU. Ta din l-aħbar tajba s-Sindku tal-Imtarfa Daniel Attard permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali tard ilbieraħ filgħaxija.

F’dawn l-aħħar jiem bosta kienu dawk li wrew l-appoġġ tagħhom fil-konfront taż-żagħżugħ li huwa midħla sew tax-xena tal-futbol lokali. Imdina Knights FC, it-tim li magħhom jilgħab Matteo kienu ħeġġewh biex “jibqa’ jiġġieled” biex ikun jista’ jirkupra u jerġa’ jkun kuntent mill-ġdid.

Intant is-Sindku tal-Imtarfa wkoll wera l-appoġġ tiegħu lil Matteo u lill-qraba tiegħu biex iż-żagħżugħ ikompli jirkupra u jirritorna lura fil-komunità.

Sport