Sunday, November 24, 2024

Matthew De Gabriele b’impenn internazzjonali fl-Iżrael

Aqra wkoll

Ir-referee tal-FIFA Matthew De Gabriele reġa’ ġie inkarigat b’impenn internazzjonali hekk kif se jkun qed jikkontrolla partita mit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-ewwel leg tal-UEFA Europa Conference League nhar il-Ħamis bejn Maccabi Tel-Aviv tal-Iżrael u t-tim tal-Moldova FC Petrocub-Hincesti.

Din il-partita hija skedata li tintlagħab nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju fil-belt Iżraeljana ta’ Tel Aviv.

Għal dan l-inkarigu fl-Iżrael, Matthew jingħaqad ma’ tim ta’ uffiċjali tal-logħba lokali, jiġifieri Jurgen Spiteri u Duncan Spencer fir-rwol tagħhom ta’ Assistent Referees, filwaqt li Andrea Sciriha se jkun ir-raba’ uffiċjal.

Il-Malta FA tixtieq tesprimi l-isbaħ xewqat tagħha lit-tim ta’ uffiċjali tal-logħob lokali f’dan l-impenn lil hinn minn xtutna.

Sport