Thursday, July 16, 2026
Home Internazzjonali Jingħalaq l-ajruport ta’ Palermo minħabba nirien fil-qrib

Jingħalaq l-ajruport ta’ Palermo minħabba nirien fil-qrib

0
415
Ritratt: Facebook/ Aeroporto Internazionale di Palermo "Falcone Borsellino"

Kmieni dalgħodu il-gżira Taljana ta’ Sqallija viċin tal-ajruport ta’ Palermo inħakmet minn nirien kbar u kawża t’hekk l-ajruport kellu jagħlaq.

Inizjalment in-nar beda ‘il fuq mill-belt ta’ Cinisi u eventwalment resaq lejn it-tarf tal-Ajruport Falcone Borsellino. Għalhekk dan kollu, wassal sabiex tittieħed deċiżjoni mill-awtoritajiet fejn ġe deċiż li għalissa jitwaqqfu t-tijiriet

Bħal Malta, Sqallija qed taffaċċja temperaturi għoljin. Dan hekk kif, fl-aħħar jiem mewġa ta’ sħana qawwija laqtet sew li n-Nofsinhar tal-Ewropa.