Ir-referee internazzjonali tal-FIFA, Matthew De Gabriele, u t-tim tiegħu se jkunu qed imexxu l-logħba tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Youth League, mir-raba’ ġurnata bejn Maccabi Haifa FC Youth tal-Iżrael Israel u Juventus Youth. Il-partita hija skedata li tintlagħab għada t-Tlieta se fin-Netanya Stadium fl-Iżrael.
De Gabriele se jkun mgħejjun minn Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri bħala l-Assistenti Referees tiegħu, filwaqt li Nael Odeh ġie maħtur mill-Federazzjoni Iżraeljana bħala r-raba’ uffiċjal. Il-Malta FA xtaqet twassal il-ferħ tagħha għal din il-ħatra internazzjonali u tawgura lil Matthew u lit-tim tiegħu ta’ uffiċjali tal-logħba lokali bl-aqwa xorti f’dan l-impenn internazzjonali.