Sunday, December 22, 2024

Matthew Degabriele u Luke Portelli fis-Slovakkja għat-tournament finali tal-Euro Under 19

Aqra wkoll

Ir-referee tal-FIFA Matthew Degabriele u l-Assistent Referee tal-FIFA Luke Portelli jinsabu fis-Slovakkja hekk kif inħatru mill-UEFA għat-tournament finali tal-Kampjonat UEFA EURO ta’ taħt id-19-il sena li beda fit-18 ta’ Ġunju u fadallu sal-1 ta’ Lulju 2022.

B’kollox ntgħażlu sitt referees ewlenin għal dan it-tournament finali, filwaqt li żewġ uffiċjali oħra se jaġixxu bħala r-Raba’ Uffiċjali.

Mal-wasla fit-tournament, iż-żewġ uffiċjali kellhom jgħaddu minn kontroll rigoruż tal-kundizzjoni u t-tnejn għamluha b’suċċess għall-grupp finali magħżul.

Ir-referees se jkunu kollha taħt il-gwida ta’ erba’ osservaturi ta’ referees b’esperjenza kbira, jiġifieri:

Larsen Jorn West (Danimarka)

Fernandez Marin Juan Antonio (Spanja)

De Melo Pereira Vitor Manuel (Portugall)

Ruzbarsky Marian (Slovakkja)

L-ewwel partita għaż-żewġ uffiċjali kienet il-Ħadd li għadda 19 ta’ Ġunju fejn Matthew Degabriele aġixxa bħala r-Raba’ uffiċjal u Luke Portelli bħala Assistant Referee 2, fil-partita bejn l-Ingilterra u l-Awstrija, li ntlagħbet fl-Štadión SNP-Banska Bystrica.

L-appointment li jmiss tagħhom huwa skedat għat-Tlieta 21 ta’ Ġunju fejn Matthew Degabriele nħatar bħala referee għall-partita – Rumanija v Franza fid-DAC Arena – DunajskaStreda . Huwa se jkun assistit mill-Assiastant Referee Luke Portelli flimkien ma’ żewġ uffiċjali oħra tal-Logħba Portugiżi li se jaġixxu bħala Assistant Referee 2 u Raba’ Uffiċjal rispettivament.

Ekonomija

Sport