Saturday, May 4, 2024

Manchester United u Arsenal interessati f’Tammy Abraham

Aqra wkoll

Manchester United u Arsenal t-tnejn li huma interessati li jakkwistaw lill-attakkant ċentrali ta’ Roma, Tammy Abraham, matul dan is-sajf.

Il-player ta’ 24 sena ngħaqad ma’ Roma mingħand Chelsea f’Awwissu li għadda u gawda mill-ewwel staġun impressjonanti fil-football Taljan, fejn sab ix-xibka f’26 okkażjoni fi 52 dehra, minbarra li pprovda ħames assists.

Fis-Serie A, Abraham skorja 17-il goal u rreġistra erba’ assists, filwaqt li skorja tmien goals fi 12-il partita tal-UEFA Conference League, hekk kif it-team immexxi minn Jose Mourinho rebaħ din il-kompetizzjoni.

Sport