Wednesday, April 24, 2024

“Id-deċiżjoni jekk jitlax jixhed il-Kummissarju tal-Pulizija tibqa’ dejjem tal-PAC”

L-Ispeaker Anġlu Farrugia

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qal li d-deċiżjoni jekk il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà għandu jittella’ jixhed jew le quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tibqa’ dejjem tal-Kumitat u jekk wara kull tentattiv ma jkunx hemm qbil, allura d-deċiżjoni trid tittieħed b’vot mill-Kumitat.

Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tenna li l-użu tal-vot maġġoritarju huwa intiż biss fejn assolutament ma jistax jintlaħaq ftehim u allura jkun hemm impass. Qal li hi fin-natura tad-demokrazija parlamentari li għandu jkun hemm sforz ċar biex ġenwinament jintlaħaq ftehim qabel ma kumitat imur għall-vot fuq kwalunkwe materja. 

Is-Sedja qalet ukoll li hi serjament imħassba li jekk il-membri tal-Kumitat jużaw mingħajr għaqal partikolarment jekk b’mod mifrux iżda anke possibilment selettiv il-poteri li jingħataw mill-Ordnijiet Permanenti dan jista’ jagħti lok għal preġudizzju serju għall-operat ta’ kumitat intiż biex jintlaħqu l-għanijiet li għalih twaqqaf.

Kienet l-Oppożizzjoni li talbet għal ruling dwar jekk il-Kummissarju tal-Pulizija għandux jixhed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi biex jgħid jekk il-pulizija ħassux il-bżonn li jittieħdu passi ulterjuri wara li ngħatat kopja tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-għoti tal-kuntratt tal-Electrogas mill-Korporazzjoni Enemalta.

Sport