Tuesday, December 24, 2024

Matthew Xuereb, Jemima Farley ikomplu fil-mixja tar-rebha tagħhom fil-Malta International Challenge Marathon

Aqra wkoll

Matthew Xuereb u Jemima Farley komplew is-sensiela tar-rebħ tagħhom fit-tieni tappa tal-Malta International Challenge Marathon, organizzata minn Birkirkara St. Joseph Sports Club.

It-tieni stadju tat-tellieqa rat lill-atleti jiġru korsa ta’ 5km f’Marsascala, li minkejja l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp ma naqqsetx l-element ta’sfida tal-atleti

Clive Ferrante u Glen Borg kienu t-tieni irġiel li spiċċaw it-tellieqa, filwaqt li l-atleta femminili

Cliantha Yasenchack reġgħet kisbet it-tieni post. Nicola Camilleri,  kisbet it-tielet post meta ghaddiet lil Donatella Fenech b’ftit sekondi vantagg.

Fis-segment tar-Relay Team, Neil Brimmer kien l-ewwel li spicca.

L-aħħar tappa tal-Malta International Challenge Marathon se ssir il-Ħadd 27 ta’ Novembru b’bidu fit-8am f’Buġibba.

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Marsascala għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom, marixxalli tat-tiġrijiet, timijiet mediċi u voluntiera għall-għajnuna tagħhom.

Ekonomija

Sport