Friday, April 19, 2024

Liverpool f’negozjati ma’ konsorzji mill-Arabja Sawdija u mill-Qatar għall-bejgħ tal-club

Aqra wkoll

Liverpool bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet ma’ żewġ konsorzji bbażati fil-Lvant Nofsani dwar il-bejgħ tal-club li jlaħħaq  it-£3 biljun.

Huwa rrappurtat li rappreżentanti ta’ konsorzji mill-Arabja Sawdija u l-Qatar esprimew interess li jixtru l-club.

Uffiċjali tal-konsorzji nvoluti avviċinaw lid-direttur tal-Fenway Sports Group, Mike Gordon – il-persuna responsabbli mill-bejgħ ta’ Liverpool – biex irreġistraw l-interess tagħhom.

Il-Ministru tal-Isport tal-Arabja Sawdija, il-Prinċep Abdulaziz bin Turki Al-Faisal, din il-ġimgħa ħeġġeġ offerti għall-akkwis tal-clubs kemm għal Liverpool kif ukoll għal Manchester United.

Iż-żewġ clubs ilhom jesploraw għażliet potenzjali ta’ bejgħ matul l-aħħar xahar.

Huwa qal: “Mis-settur privat, ma nistax nitkellem f’isimhom, iżda hemm ħafna interess minbarra li hemm ukoll passjoni dwar il-football.

“Żgur li se nappoġġjaw dan ix-xiri … saħansitra jekk jidħol xi settur privat mis-Sawdi, għaliex nafu li se jirrifletti b’mod pożittiv fuq l-isports fir-renju tagħna.”

Il-Fond ta’ Investiment Pubbliku (PIF) tar-renju appoġġjat mill-istat diġà akkwista lil Newcastle United.

Liverpool jinsabu wkoll f’diskussjonijiet ma’ xerrej ibbażat fl-Istati Uniti.

Sport