Wednesday, April 24, 2024

Lionel Messi jilħaq ir-rekord ta’ Diego Armando Maradona

Aqra wkoll

Il-ħolma ta’ Lionel Messi li jirbaħ it-Tazza tad-Dinja għadha ħajja meta fetaħ l-iskor għall-Arġentina biex għenhom jegħlbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 2-0.

B’dan il-goal, ir-rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb seba’ darbiet, laħaq ir-rekord tal-leġġendarju Arġentin, Diego Armando Maradona, bi tmien goals, u rreġistra rekord ta’ 21 dehra għal pajjiżu fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. 

Issa huwa jinsab żewġ goals inqas mir-rekord ta’ Gabriel Batistuta li skorja 10 goals. B’hekk Messi għandu ċ-ċans li jikser ir-rekord tal-aqwa skorer Arġentin tal-fażi finali ta’ din l-akbar kompetizzjoni mondjali. 

Huwa wkoll l-aktar player Arġentin li lagħab f’fażijiet tat-Tazza tad-Dinja, b’total ta’ ħamsa. 

Iżda biex jilħaq l-istatus ta’ Maradona jrid jgħolli t-trofew … kif għamel il-Pibe D’oro fl-1986. 

Dan huwa l-aħħar ċans għal Messi biex jidħol fil-folklor tal-players rebbieħa fl-istorja tal-Arġentina.  

Sport