Wednesday, April 24, 2024

Il-Kroazja jaffrontaw lill-Kanada f’partita delikata

Aqra wkoll

Minn Grupp D, fil-5.00 pm, il-Kroazja jiltaqgħu kontra l-Kanada f’partita mill-aktar delikata.

Il-Kroati bdew din il-kampanja bi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Marokk, f’logħba bi ftit okkażjonijiet ta’ skor. Iżda huma jistgħu jpoġġu lilhom infushom fil-pole position għar-round tal-Aħħar 16 permezz ta’ rebħa, iżda xorta ma jkunux garantiti post f’din il-fażi.

Minkejja li rreġistraw t-tielet l-akbar ammont ta’ xuttijiet perikolużi lejn il-lasti avversarji fl-ewwel partita mit-timijiet kollha ta’ din l-edizzjoni bi 22 xutt, għalkemm tlieta biss kienu fil-mira, il-Kanadiżi ma setgħux isibu mod kif jiskorjaw, u ħarġu telliefa bl-iskor ta’  1-0 kontra l-Belġju fl-ewwel logħba tagħhom, b’Alphonse Davies jitlef penalty aktar kmieni fil-logħba.

Telfa għalihom tkun tfisser eliminazzjoni.

Kontra l-Belġju kien hemm sinjali li offensivament il-Kanadiżi jistgħu jkunu ta’ theddida għall-avversarji u jkun biss każ li jridu jkunu aktar kliniċi quddiem il-lasti avversarji.

Huma se jiffaċċja team li mhuwiex l-istess forza li kien erba’ snin ilu li wasal sal-finali.

Iż-żewġ timijiet se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli.

Sport