Sunday, December 22, 2024

Matthew Xuereb, Jemima Farley jirbhu t-30 edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon

Aqra wkoll

It-30 edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon ikkonkludiet il-Hadd filghodu f’kundizzjonijiet ta’ temp b’riħ qawwi u xita hekk kif l-atleti ffaċċjaw l-aħħar stadju, tellieqa ta’ 21km, li kienet l-ahhar tappa tal-avveniment mifrux fuq tlett ijiem

Matthew Xuereb u Jemima Farley kisbu rebħiet mill-aqwa fl-aħħar stadju tal- Malta International Challenge Marathon. Ir-rebhiet taghhom ma gewx sorpriza hekk kif kienu fuq quddiem tul it-tliet stadji ta’ din it-tellieqa unika.

Clive Ferrante u George Said, spiccaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament u żammew il-pożizzjonijiet li kisbu fl-ewwel tappa tat-tellieqa l-Ġimgħa filghodu.

Intant fil-kategorija tan-nisa, Cliantha Yasenchack żammet it-tieni pożizzjoni ġenerali tagħha għat-tielet darba. Nicola Camilleri spiccat fit-tielet post wara li spiċċat ukoll it-tielet fit-tellieqa ta’ 5 km tal-ġurnata ta’ qabel.

Ħadu sehem ukoll diversi atleti barranin, l-aktar mill-Olanda, b’rappreżentazzjonijiet mill-Ġermanja u l-Istati Uniti wkoll jiffurmaw parti mil-lista tat-tluq.

Preżenza notevoli fost l-atleti kien Charles Darmanin ta’ 68 sena li temm it-30 Challenge Marathon tiegħu, wara li kien preżenti għat-tlielaq kollha sa mill-bidu tagħha.

Immedjatament wara t-tellieqa ġew ippreżentati trofej lir-rebbieha kif ukoll dawk tal-gruppi tal-eta mill-President tal-Club Ray Grech, li rrimarka li “It-temp li konna ffaċċjati bih fi tmiem il-ġimgħa tal-Malta International Challenge Marathon żgur ipprovda sfida kbar lil dawk kollha li hadu sehem.  Wara assenza ta’ sentejn, hadna gost li nergghu nilqu din it-tellieqa fil-kalendarju tal-Klabb taghna.”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Birkirkara St Joseph Sports Club,  Euchar Camilleri esprima r-ringrazjament tiegħu lejn dawk involuti fl-organizzazzjoni tat-tellieqa, b’mod partikolari l-kunsilli lokali ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, il-Pulizja, LESA, Transport Malta, it-timijiet mediċi, u l-voluntiera li minkejja t-temp hazin kienu presenti biex jappoġġjaw lill-atleti.

“Diġà qed nistennew bil-ħerqa l-avveniment tas-sena d-dieħla, li jsir matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Novembru. Il-Klabb dalwaqt se jkun qed iniedi l-Kalendarju ta’ Avvenimenti tiegħu għall-2023, li jwiegħed li jkun varjat kemm jista’ jkun biex jiżgura esperjenza ta’ tiġrija sodisfaċenti għal dawk kollha involuti” temm jgħid Camilleri.

L-avveniment li jmiss għall-Klabb huma it-tlielaq tal-Eurosport Fleur-de-Lys nhar it-13 ta’ Diċembru. Applikazzjonijiet jistgħu jsiru online – https://bsj.mt/event/2022-eurosport-bsj-fleur-de-lys-road-races/

Malta International Challenge Marathon Rizultati

 IrgielNisa
1stMatthew Xuereb (2:35:37)Jemima Farley (2:38:58)
2ndClive Ferrante (2:43:53)Cliantha Yasenchack (3:24:47)
3rdGeorge Said (2:44:48)Nicola Camilleri

Rebbieha Trofej Gruppi tal-Eta

Nisa Vella Falzon RuthO/354:39:54
Fenech DonatellaO/403:38:57
Mercieca LorenO/453:58:12
Cilia Mumford JosianneO/503:34:22
Polidano DoreenO/554:50:53
  Irgiel Degiorgio JanO/352:45:35
Criscione AndreaO/402:55:08
Fenech FrankO/453:06:42
Galea DavidO/502:56:19
Gross StephanO/554:05:53
Moonen WilO/604:11:48
Oonincx JosephO/653:55:05
Ekonomija

Sport