Wednesday, March 27, 2024

Lejl impenjattiv biex it-toroq setgħu jinfetħu b’mod sigur wara maltemp qawwi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, li f’xi ħinijiet laħħaq il-Forza 9, ħalla diversi ħsarat f’lokalitajiet differenti. Minn siġar li spiċċaw maqlugħin jew f’nofs tat-triq – bil-konsegwenza li xi karreġġjati kellhom jingħalqu – sa ġebel, ħamrija u materjal ieħor li kien qed ikun ta’ inkonvenjent għas-sewwieqa.

Dan kollu kien ifisser aktar xogħol għall-ħaddiema tal-forzi tal-ordni u dawk responsabbli miż-żamma tal-indafa f’pajjiżna. Il-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni f’sezzjonijiet diversi, b’kordinament mid-Direttur Ġenerali Ramon Deguara, bdew minnufih b’ħidma immedjata sabiex jitnaddfu t-toroq tagħna u b’hekk il-lokalitajiet affettwati jiġu lura għan-normal.

Fl-istess waqt, kienet evalwata l-urġenza ta’ kull lokalità milquta minħabba li f’ċertu lokalitajiet kien għadu tiela’ l-baħar fit-triq. Il-ħidma kienet mifruxa wkoll fuq il-bajjiet u anke f’postijiet oħra inkluż quddiem il-entratura tar-residenza San Vinċenz de Paul.

Ekonomija

Sport