Id-difensur Olandiż Matthijs De Ligt spjega ruħu wara d-dikjarazzjonijiet li ta f’intervista ma’ ġurnal Ġermaniż dwar l-ex team tiegħu Juventus. Hu qal li t-team għandu ċerti limitazzjonijiet u dan kollu xejn ma niżel tajjeb mal-partitarji Juventini li mal-ewwel ħarġu jattakkaw lil dan il-plejer li ngħaqad ma’ Bayern Munich dan is-sajf.
De Ligt qal li hu ried jgħid li i Bianconeri ma jridux jikkuntentaw b’dak li kisbu, anzi jridu jżidu aktar il-livell tagħhom. Hu qal li dan ma kienx attakk lejn l-ex club tiegħu anzi sempliċement suġġeriment.