Matul il-ġimgħa li għaddiet, l-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta intervjenew fi 87 inċident li jinvolvu kolliżjonijiet jew ħsarat fil-vetturi. Minn dawn kollha kien hemm ukoll żewġ kolliżjonijiet bi ġrieħi. Il-ħin medjan ta’ rispons mill-uffiċjali tal-infurzar kien ta’ inqas minn 11-il minuta.
Dan qalitu Transport Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn appellat lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur. Kull prekawzjoni li wieħed jieħu, jgħin biex jiġu evitati l-inċidenti u sabiex it-toroq ikunu aktar sikuri għal kulħadd.
TM temmet tgħid;”Inħeġġu ukoll lis-sewwieqa biex jekk ikunu jridu jirrappurtaw xi inċident, jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ messaġġ privat jew inkella billi jniżżlu t-TMAlert app mill-App Store jew Google Play”.