Friday, December 27, 2024

Matul il-lejl li ġej maltempata mistennija tolqot il-gżejjer Maltin

Aqra wkoll

Matul il-lejl li ġej maltempata mistennija tolqot il-gżejjer Maltin. Dan intqal minn Gordon Grech l-amministratur tal-paġna l-Aġġornament tat-Temp.

Grech jikteb li firxa ta’ pressjoni baxxa fuq Tuneż se tibqa’ ġejja diretta lejn iċ-ċentru tal-Mediterra. Illum is-Sibt se nassistu għal pressjoni baxxa li se tibda miexja bil-mod ħafna lejn iċ-ċentru tal-Mediterran. “Jidher li din il-pressjoni baxxa hemm indikazzoni konkreta li se tkompli tikber fiċ-ċentru tal-Mediterran kważa ta’ pressjoni baxxa oħra fuq Saefenja li se timbotta l-maltemp aktar ‘l isfel,” jikteb Gordon Grech.

Hu jkompli jikteb li dan se jiltaqa’ mal-arja sħuna ta’ dawn l-aħħar jiem u se tintensifika. Jistaqsi jekk din il-maltempata tistax taqbiżna. Grech jgħid li mill-esperjenza tiegħu le. “Xjentifikament iva tista’ titlef mill-intensità għax l-anti-ċiklun jimbotta ‘l fuq lejn Sqallija dan il-maltemp.”

Intant it-temp illum mistenni li jkun ftit jew wisq imsaħħab li jissaħħab ħafna waranofsinhar. Riħ se jkun forza 4 għal 5 mil-Lbiċ filwaqt li t-temperatura l-ogħla tkun 19°C u l-inqas 13°C.

Imbgħad dwar il-lejl ta’ bejn illum u għada l-maltempata mistennija tibda wara 3.00am u jsir ftit imsaħħab mas-sebħ. Iżda jibqa’ b’ħalbiet tax-xita tul il-jum. Ir-riħ se jkun Forza 3 għal 4 mal-lejl mill-Punent il-Lbiċ li jdur Punent Majjistru Forza 4 mal-jum li imbgħad jerġa’ jdur Majjistral u jitla’ għal Forza 7.

Temperatura l-ogħla tmiss 15°C u l-inqas 11°C.

Ekonomija

Sport