Tuesday, April 1, 2025

Matul l-2024 Puttinu ħadem qatigħ sabiex jikseb permess għal sular ieħor fil-binja ġewwa Londra

Aqra wkoll

“Aktar għajnuna għal pazjenti Ir-rata ta’ pazjenti li jmorru l-Ingilterra għall-kura qed tkompli tiżdied. Matul is-sena li għaddiet, Puttinu ħadem bla waqfien biex niksbu l-permess għal sular ieħor fil-binja l-ġdida fiċ-ċentru ta’ Londra…u rnexxielna!!”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Puttinu Cares permezz ta’ Facebook, fejn spjegat illi dan kollu jfisser li hemm, mad-29 studio apartments ġodda għall-pazjenti u l-familji tagħhom, sabiex ikollhom post sigur u komdu fejn joqogħdu waqt il-kura tagħhom.

Puttinu għamel appell fejn qal; “Din il-Ġimgħa l-Kbira, inti tista’ tagħmel differenza! Id-donazzjoni tiegħek tgħin biex dawn l-appartamenti jitlestew u jintużaw mill-aktar fis. Ejja ngħinu flimkien!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport