Waqt il-konferenza stampa tiegħu ta’ qabel il-partita valida mill-UEFA Conference League kontra AZ Alkmaar, il-coach ta’ Lazio, Maurizio Sarri, ikkritika l-fatt li sospensjoni ta’ żewġ logħbiet għall-coach ta’ Roma, Jose Mourinho, ma bdietx fis-seħħ b’rispett għall-karriera tiegħu.
Il-coach Portugiż ingħata sospensjoni ta’ żewġ partiti u mmultat €10,000 wara argument jaħraq mar-raba’ uffiċjal, Marco Serra, waqt it-telfa ta’ Roma 2-1 kontra Cremonese, fis-Serie A.
Huwa kien mistenni jiskonta s-sospensjoni min-nhar il-Ħadd li għadda kontra Juventus iżda l-FIGC iddeċidiet li tissospendi d-deċiżjoni tagħhom sakemm joħroġ ir-riżultat tal-investigazzjoni tagħhom.
Sarri kien ukoll ingħata sospensjoni ta‘ żewġ logħbiet f’Settembru 2021 wara li huwa kien ukoll involut f’argument ma’ Alexis Saelemaekers fit-telfa ta‘ 2-0 ta’ kontra Milan.
Sarri kien akkużat ukoll li kien qed “jassumi mġieba intimidatorja u juża lingwaġġ ta‘ theddid,” waqt l-inċident.
Meta mistoqsi biex iqabbel l-esperjenza tiegħu mal-uffiċjali mas-sitwazzjoni attwali ta’ Mourinho, Sarri rrimarka l-inkonsistenzi bejn ir-rapporti tar-referees u dawk tal-prosekuturi federali.
“F’dak l-episodju, kien hemm żewġ rapporti differenti bejn ir-referee u l-uffiċċju tal-prosekutur federali li kienu żewġ metri ’l bogħod minn xulxin. Għalhekk, wieħed miż-żewġ rapporti ma kienx minnu,” qal Sarri dwar l-argument tiegħu stess.
Meta mistoqsi jekk jurix xi simpatija ma’ Mourinho wara l-esperjenzi riċenti tiegħu mal-FIGC, Sarri wieġeb: “Mourinho? Is-sospensjoni tiegħu ġiet sospiża minħabba l-karriera tiegħu.”