Wednesday, April 24, 2024

Mauro German Camoranesi huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Floriana

Aqra wkoll

Wara diversi spekulazzjonijiet, issa huwa uffiċjali li l-eks plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljn, Mauro German Camoranesi, issa huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Floriana FC, biex b’hekk se jkun qed jieħu post l-eks kowċ, Gianluca Atzori.

Wara karriera brillanti bħala plejer, li ratu jirbaħ titlu tas-Serie A ma’ Juventus fost l-oħrajn, l-akbar mument tiegħu fil-karriera tiegħu wasal meta għen lill-Italja għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006, meta għelbu lil Franza fil-finali f’Berlin.

Sport