Tuesday, October 22, 2024

Mauro Icardi barra għal xi ġimgħat

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Arġentin Mauro Icardi weġġa’ fil-logħba mill-kampjonat Tork kontra Adana Demispor tant li fil-25 minuta tal-istess partita kellu jiġi sostitut minn Michy Batshuayi.

Siegħa wara li ntemmet il-partita li ntrebħet minn Galatasaray bl-iskor ta’ 5-1, il-klabb Tork ħareġ stqarrija li Icardi ħass uġigħ f’koxxtur l-leminija u se jkollu jibqa’ barra għal xi ġimgħat barra mil-logħob.

Icardi għandu 31 sena u ilu ma’ Galatasaray sa mis-sena 2022 fejn lagħab 50 logħba u skorja 48 gowl.

Sport