Atletico Madrid identifikaw lill-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Mauro Icardi, bħala sostitut ideali għal Luis Suarez.
L-Arġentin qed jiffaċċja futur inċert fil-Parc des Princes wara li naqas milli jsir player regolari għas-spejjeż ta’ Neymar, Kylian Mbappe u Lionel Messi taħt il-gwida tal-coach Mauricio Pochettino.
Icardi skorja biss ħames goals f’26 dehra dan l-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha, għalkemm baqa’ ma’ PSG f’Jannar minkejja rabtiet ma’ clubs tal-Premier League u Juventus.
Madankollu, huwa mifhum li Icardi issa mhux fil-pjanijiet ta’ Pochettino, u l-player ta’ 29 sena issa jista’ jingħaqad ma’ Atletico bħala s-suċċessur ta’ Suarez.
Suarez daħal fl-aħħar sitt xhur tal-ftehim tiegħu maċ-champions tal-La Liga u huwa maħsub li għandu ħarstu fuq ċaqliq tas-sajf fl-MLS, b’Atletico jidhru li diġà għamlu kuntatt mal-aġent ta’ Icardi.
L-ex attakkant ta’ Inter skorja 38 goal u pprovda 10 assists fi 88 logħba għal PSG fil-kompetizzjonijiet kollha u huwa kkuntrattat mal-leaders tal-Ligue 1 sal-2024.