Tuesday, October 4, 2022

Mauro Icardi u Wanda Nara jisseparaw b’mod uffiċjali

Aqra wkoll

Mauro Icardi u l-mara tiegħu Wanda Nara ħabbru li nfirdu b’mod uffiċjali. 

Icardi kien iltaqa’ ma’ Wanda meta kien ħabib tal-ewwel raġel tagħha, Maxi Lopez, li kien jilgħab ma’ Sampdoria hekk kif dan tal-aħħar kien jistiednu d-dar tagħhom kif ukoll isiefer magħhom. 

Iżda ġara li Icardi u Wanda saru aktar minn ħbieb u filwaqt li Lopez telaq mid-dar meta nduna li t-tnejn sar jħobbu lil xulxin, huma żżewġu  fi Buenos Aires, f’Mejju 2014,  sena wara li ddivorzjat lilLopez – qabel ma kellhom żewġt ibniet.

Barra minn hekk, Wanda saret l-aġent ta’ żewġha u r-relazzjoni tagħhom kienet is-suġġett ta’ ħafna xnigħat fl-istampa matul is-snin.

Issa huma ħabbru li nfirdu u talbu għall-privatezza. 

Lil 14.9 miljun segwaċi tagħha fuq Instagram, Wanda li hija omm ta’ ħamest itfal kitbet: “Huwa mument diffiċli u ta’ uġiegħ ta’ qalb, iżda minħabba l-ispekulazzjonijiet fuq il-midja soċjali, ikun aħjar li l-aħbar noħroġha jien. 

“M’għandi xejn x’nistqarr u ma rrid nagħti l-ebda dettalji dwar din is-separazzjoni. Qed nitlob għall-privatezza, mhux biss għalija iżda wkoll għal uliedna.”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport