Alleg qed jiġi attirat minn offerta sensazzjonali li qed joffrulu Al Hilal tal-Arabja Sawdija.
Skont diversi stazzjonijiet televiżivi Taljani, Allegri ltaqa’ mar-rappreżentanti ta’ Al Hilal f’Monte Carlo fejn dawn tal-aħħar qed joffrulu kuntratt ta’ tliet snin b’total ta’ €30 miljun b’€10 miljun ta’ bonus jekk jiffirma.
Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, is-Sawditi kienu diġa’ kkuntattjaw lill-kowċ ta’ 55 sena b’dan tal-aħħar li rrifjuta din l-offerta.
Sadanittant xi siti elettroniċi madwar l-Ewropa qed jgħidu li Allegri aċċetta din l-offerta u l-firma tiegħu hi biss formalita’. Madankollu xejn ma ġie kkonfermat minn Juventus.