Tuesday, April 30, 2024

Chelsea u Allen jirbħu l-ewwel edizzjoni ta’ Love Island Malta

Allen jaqsam il-prempju mal-maħbuba tiegħu

Aqra wkoll

Chelsea u Allen huma rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ Love Island Malta. Mill-ewwel Allen iddeċieda li jaqsam il-premju mal-maħbuba tiegħu Chelsea.

Hekk kif tħabbar ir-riżultat, il-koppja rebbieħa ngħataw żewġ envelopps u l-prempju tal-€20,000 ġie f’idejn Allen. Iżda hu mill-ewwel qal li hu rebaħ dan kollu flimkien ma’ Chelsea u għalhekk il-premju għandu jinqasam.

Fit-tieni post iklassifikaw Sven u Gabi li tul il-programm ukoll ġibdu s-simpatija tal-bosta.

Ir-rebbieħa ntgħażlu mill-pubbliku li b’kollox kien hemm aktar minn 55,000 ruħ li vvotaw.

Marie Christine u Kyle ġew ikklassifikati fit-tielet post waqt li Nicola u Dale ġew fir-raba’ post.

Sport