Sunday, November 24, 2024

Max Allegri jiċċelebra l-400 darba ma’ Juventus

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ Juventus lagħbu kontra Frosinone fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia u rebħu 4-0, il-kowċ Massimiliano Allegri ċċelebra avveniment importanti mal-Bianconeri hekk kif mexxa lit-tim għall-400 darba fil-karriera tiegħu.

Allegri għandu 56 sena u mexxa lil Juventus bejn l-2014 u l-2019 u wara perjodu inattiv, reġa’ kompla mis-sena 2021.

Bosta ferħu lil Allegri għal dan it-tragward ferm sabiħ. Hu għad fadallu kuntratt sas-sena 2025.

Sport