Saturday, July 25, 2026
Home Sport Max Eberl jitkellem dwar il-futur ta’ Jamal Musiala

Max Eberl jitkellem dwar il-futur ta’ Jamal Musiala

0
127

Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl tkellem dwar il-futur tal-winger u attakkant Jamal Musiala li qed jinteressa numru ta’ timijiet.

Eberl qal li għaddejjin diskussjonijiet mal-aġent tal-plejer sabiex jiġġedded il-kuntratt tiegħu minħabba li l-kowċ Vincent Kompany jqisu parti mill-proġett tiegħu.

Musiala għandu 21 sena u ilu mat-tim mill-Bavarja sa mis-sena 2020 fejn skorja 36 gowl f’119-il logħba.