Saturday, May 4, 2024

Max Verstappen jikseb it-tmien rebħa konsekuttiva fil-GP tal-Belġju

Aqra wkoll

Max Verstappen rkupra minn penalitá ta’ ħames postijiet biex kiseb it-tmien rebħa konsekuttiva fil-Grand Prix tal-Belġju, b’sieħbu Sergio Perez żied maċ-ċelebrazzjonijiet għar-Red Bull hekk kif kiseb it-tieni post, u b’hekk Red Bull kisbu l-ewwel żewġ postijiet tal-gradwatorja sa mill-Grand Prix ta’ Miami lura f’Mejju.

Verstappen kellu tellieqa mill-aqwa fi Spa-Francorchamps, wara li s-sewwieq tal-Ferrari Charles Leclerc kien beda t-tellieqa mill-pole.

Dan tal-aħħar kiseb it-tielet post, biex ċaħħad lis-seba’ darbiet champion tad-dinja Lewis Hamilton milli jagħmel dan hekk kif temm fir-raba’ post, filwaqt li Fernando Alonso fuq Aston Martin temm fil-ħames post, waqt li George Russell fuq Mercedes kiseb is-sitt post.

Ta’ nota huwa l-fatt li permezz ta’ din ir-rebħa Red Bull rebħu t-12-il tiġrija kollha mill-bidu tal-istaġun biex waqqfu rekord ġdid.

Sport