Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) iddomina t-tiġrija tal-isprint biex illum se jibda mill-pole position fil-Grand Prix tal-Awstrija li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Red Bull Ring.
Huwa rreġistra ħin ta’ 30:26.730 biex kompla kabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika hekk kif akkwista tmien punti oħra.
Mit-tieni post se jibda l-kollega tiegħu, il-Messikan Sergio Perez li kiseb seba’ punti.
Huwa se jkun segwit mill-Ispanjol Carlos Sainz (6) (Ferrari), iż-żewġ sewwieqa ta’ Aston Martin, il-Kanadiż Lance Stroll (5) u l-Ispanjol Fernando Alonso (4), il-Ġermaniż Nico Hulkenberg (3) (Haas), il-Franċiż Esteban Okon (2) (Alpine) u l-Britanniku George Russell (1) (Mercedes).
Il-klassifika ġenerali hija (ta’ fuq): 203 – Max Verstappen; 133 – Sergio Perez; 121 – Fernando Alonso; 102 – Lewis Hamilton; 74 – Carlos Sainz.